DELIVERY PERSONS / WAREHOUSE OPERATORS

Neħtieġu nies biex jaħdmu bħala Delivery Persons / Warehouse Operators fid-Dipartiment tal-Warehouse u d-Distribuzzjoni. Din il-pożizzjoni hija fuq bażi full-time u l-kandidati magħżula jkunu mistennija li jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa b’mod flessibbli skont skeda pre-determinata tax-xogħol.

 

Ix-xogħol jikkonsisti fi tqassim u distribuzzjoni tal-merkanzija, ġbir u tgħabbija ta’ merkanzija u ġbir ta’ prodotti flimkien għal offerti speċjali.

 

Il-kandidati għandhom ikunu jafu jaqraw u jiktbu, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, jkollhom dehra pulita u jkollhom liċenzja valida tas-sewqan.  Dawk il-kandidati li għandhom liċenzja valida tas-sewqan C (Special) ikunu mistennija jsuqu trakkijiet u jqasmu l-merkanzija skond l-esiġenzi tax-xogħol.  Ix-xufiera jkollhom allowance tas-sewqan kif ukoll kummissjoni fuq it-tqassim.

 

Marbut ma’ din il-pożizzjoni hemm salarju attrajenti li jinkludi poloz ta’ assikurazzjoni kemm tas-saħħa kif ukoll tal-ħajja. Il-Kumpanija toffri wkoll kundizzjoniiet tax-xogħol eċċellenti .

 

Dawk kollha interessati għandhom japplikaw billi jibgħatu c.v. dettaljata lil Maniġer tar-Riżorsi Umani, Alf. Mizzi & Sons (Marketing) Group, P.O. Box 11, GPO 01 Marsa. Alternattiva oħra hija billi tibgħatu e-mail lil recruitment@amsm.com.mt .

 

L-applikazzjonijiet kollha jiġu ttrattati bl-akbar kunfidenzjalita’.

was shared 0 times
00